SKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT U
SKEMA TA’ KUMPENS GĦALL-INVESTITUR

L-Iskema ta’ Kumpens għall-Investitur hija fond ta’ salvataġġ għall-konsumaturi li investew f’kumpaniji ta’ investiment li fallew u li huma liċenzjati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

L-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant hi fond ta’ salvataġġ għal depożitanti li nvestew f’banek li fallew u li huma lliċenzjati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

TAGĦRIF ĠENERALI DWAR L-ISKEMA TA’ KUMPENS LID-DEPOŻITANT U L-ISKEMA TA’ KUMPENS GĦALL-INVESTITURI

L-Iskema ta’ Kumpens għall-Investitur hija fond ta’ salvataġġ għall-konsumaturi li investew f’kumpaniji ta’ investiment li fallew u li huma liċenzjati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Il-kumpens nistgħu nħallsuh biss jekk il-kumpanija ta’ investiment liċenzjata mhix kapaċi jew jista’ jkun ma tkunx kapaċi tħallas talbiet li jsirulha. Ġeneralment dan iseħħ meta l-kumpanija liċenzjata ma tibqax tinnegozja jew tfalli. L-Iskema tissejjes fuq id-Direttiva tal-UE 97/9 dwar l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur.

L-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant hi fond ta’ salvataġġ għal depożitanti li nvestew f’banek li fallew u li huma lliċenzjati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Il-kumpens nistgħu nħallsuh biss jekk il-bank mhux kapaċi jilħaq l-obbligi li għandu lejn id-depożitanti jew inkella waqqaf il-pagamenti dovuti. L-Iskema tissejjes fuq id-Direttiva tal-UE 2014/49/UE dwar l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti.

Kull skema hija entità separata u distinta mill-oħra. Madanakollu, iż-żewg skemi jitħaddmu minn Kumitat Amminstrattiv wieħed maħtur mill-MFSA. Il-Kumitat huwa magħmul minn individwi li jirrappreżentaw l-MFSA, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-kumpaniji ta’ investiment, il-banek u l-klijenti.

Kull skema għandha l-għan li tħeġġeġ il-kunfidenza b’mod sħiħ mhux biss fl-istituzzjonijiet liċenzjati, imma aktar minn hekk, fis-sistema finanzjarja. Fil-fatt, iż-żewġ skemi huma ffinanzjati mill-banek u l-kumpaniji ta’ investiment, rispettivament. Dan ifisser li l-klijent mhux se jintalab jikkontribwixxi f’dawn l-iskemi.

Dawn iż-żewġ skemi ġew introdotti biex ikun hemm firxa usa’ ta’ ħarsien fi ħdan il-qafas regolatorju u legali li digà hu b’saħħtu u mhux qed ikun implimentat minħabba xi sitwazzjoni partikulari li nqalgħet fil-prattika.

Avviżi

Ara kollox

Postijiet tax-Xogħolijiet Vakanti

Skopri impjiegi full-time u part-time mal-Iskemi ta’ Kumpens lid-Depożitant u lill-Investitur