L-Iskema għandha tħallas kumpens b’rabta mad-depoziti eliġibbli mingħajr il-ħtiega li ssir talba lill-Iskema matul il-perjodu ta’ żmien applikabbli u malli jkun raġonevolment prattiku wara li:
- Tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fir-regolament 10(1) ġew sodisfatti
- Tkun ikkalkulat l-ammont ta’ kumpens dovut lid-depożitant
Proċessar tat-talba
Il-perjodu ta’ żmien applikabbli jibda jiġi kkalkulat minn dakinhar wara d-data tal-kumpens u jestendi sa 20 jum ta’ xogħol. L-Iskema tista’ tagħti l-kumpens wara ż-żmien stipulat kif spjegat iktar ‘il fuq f’każijiet fejn:
- Id-depożitu mhuwiex f’kont attivat;
- L-ammont li għandu jitħallas lura jitqies bħala parti minn bilanċ temporanjament għoli. F’każ ta’ bilanċ temporanjament għoli, l-Iskema għandha, fi żmien tliet xhur mid-data tal-kumpens, tħallas lid-depożitant somma li tirrappreżenta l-ammont dovut b’rabta mal-bilanċ temporanjament għoli; jew
- L-ammont li jrid jitħallas lura għandu jitħallas mid-DGS tal-Istat Membru ospitanti skont ir-Regolamenti.
Żmien biex tressaq it-talba
Depożiti ta’ depożitanti li ma tħallsux lura jew li ma ġewx rikonoxxuti mill-Iskema fil-perjodu ta’ żmien stipulat imniżżel fir-Regolamenti, jitilfu d-dritt li jagħmlu talba għall-kumpens tad-depożitu wara li jgħaddi t-terminu ta’ sentejn mid-data tal-kumpens.