Lid: Depożitanti ta’ Nemea Bank plc

Fil-preżent, l-Iskema ta’ Kumpens lid-depożitant qiegħda tiproċessa kumpens lid-depożitanti ta’ Nemea Bank plc (‘‘il-Bank’’) wara li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjari ta’ Malta (‘’MFSA’’) fit-30 ta’ Marzu, 2017 għamlet analiżi skont l-Artikolu 8(1) tal-Avviż Legali 383 tal-2015 li l-Bank, dwar in-nuqqas ta’ kapacità li l-Bank għandu fil-preżent li jħallas lura d-depożiti li huma dovuti.

Abbażi ta’ informazjoni żvelata mill-Bank lill-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant (‘’l-Iskema’’) skont l-artikolu 20 tar-Regolamenti tal-2015 dwar Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant, l-Iskema qiegħda fil-proċess biex tħallas il-kumpens lid-depożitanti li kellhom depożitu/depożiti mal-Bank u li huma eliġibbli għall-kumpens mill-Iskema. Għal din ir-raġuni, l-Iskema għandha tħallas kumpens fir-rigward ta’ depożiti eliġibbli mingħajr il-ħtieġa li ssir talba lill-Iskema.

Il-Protezzjoni pprovduta mill-Iskema hija soġġetta għal kumpens massimu ta’ €100,000 għat-total ta’ depożiti għal kull depożitant.

B’żieda ma’ dan, il-kumpens massimu għal bilanċ temporanjament għoli, huwa sa massimu ta’ €500,000. Dawn il-limiti huma ekwivalenti għal dawk li jinsabu fid-Direttiva 2014/49/EU dwar l-iskemi ta’ garanziji fuq id-depożiti. Eliġibbiltà għal din it-tip ta’ protezzjoni għola tiddependi minn kriterji addizzjonali kif spjegat fuq is-sit tal-Iskema, u billi wieħed iressaq talba bil-miktub flimkien ma’ informazzjoni mitluba mill-Iskema. Għal aktar tagħrif dwar il-proċess ta’ kumpens żur is-sit www.compensationschemes.org.mt. Aktar dettalji ta’ kuntatt huma disponibbli fuq l-istess sit.