Jekk it-talba tiegħek tintlaqa’, inti titħallas 90% tat-telf nett sa massimu ta’ €20,000.

Xi eżempji:

  • Sitwazzjoni 1
    Klijent għadda €16,000 lil ditta ta’ investimenti liċenzjata biex tinvestihom f’bond. Il-bond qatt ma nxtara, u d-ditta ta’ investimenti falliet. Il-klijent għandu dritt għall-kumpens ta’ €14,400 (90% ta’ €16,000).

 

  • Sitwazzjoni 2

Klijent għadda €35,000 lil ditta ta’ investimenti liċenzjata biex tinvestihom fi skema ta’ investiment kollettiv. Il-units qatt ma nxtraw, u d-ditta ta’ investimenti falliet. Il-klijent għandu dritt għall-kumpens ta’ €20,000. Dan hu l-limitu massimu li jista’ jitħallas mill-Iskema.

 

  • Sitwazzjoni 3
    Klijent għadda €23,000 lil ditta ta’ investimenti liċenzjata biex tixtri ishma f’kumpanija fir-Renju Unit. L-ishma nxtraw u nħarget nota kuntrattwali li tixhed it-tranżazzjoni. Il-valur ta’ l-ishma niżel b’50%. Il-klijent m’għandux dritt għal kumpens.

 

 

Assenjament ta’ drittijiet

Biex tirċievi kumpens int tkun mitlub tiffirma xi dikjarazzjonijiet, inkluża surroga favur l-Iskema. Din is-surroga tagħtina d-dritt li nirkupaw l-ammonti li aħna nkunu ħallasnik fil-każ li l-intermedjarju fallut ikun baqalu xi flus jew assi. Surroga tagħtina wkoll il-possibbiltà li nitolbu lura flus minn persuni oħrajn li jistgħu ikunu responsabbli għat-telf tiegħek.