Skeda
Bilanċi Temporanjament Għoljin
B’żieda mal-kumpens massimu ta’ €100,000 li kull depożitant eliġibbli huwa ntitolat għaliħ skond ir-Regolamenti tal-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant, 1 depożitant jista’ jkun intitolat għal somma addizzjonali sa massimu ta’ €500,000 jekk it-tranżazzjoni kienet riżultat ta’ bilanċ temporanjament għoli.
X’jikkostitwixxi Bilanċ Temporanjament Għoli
Eliġibbiltà
Il-ħlas ta’ kumpens addizzjonali japplika biss għal depożitanti li huma persuni fiżiċi. Għalhekk, persuni ġuridiċi (bħal kumpaniji, assoċjazzjonijiet eċċ) mhumiex intitolati jirċievu kumpens addizzjonali għal bilanċi temporanjament għoljin.
Kriterji
Sabiex tikkwalifika għal kumpens addizzjonali mill-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant, it-tranżazzjoni trid tissodisfa WAĦDA mill-kriterji li ġejjin:
Jew:
- It-tranżazzjoni trid tkun tikkonsisti fi flus:
(I)depożitatidepożitati fi preparazzjoni għal xiri ta’ proprjetà residenzjali mid-depożitant; JEW
(Ii)lili jirrapreżentaw ir-rikavati mill-bejgħ ta’ proprjetà privata tad-depożitant.
Jew:
- Tinkludi s-somom imħallsa lid-depożitant fir-rigward ta’ :
(i)Separazzjoni, divorzju jew xoljiment tal-unjoni ċivili; jew
(ii)Benefiċċji mħallsa mal-irtirar; jew
(iii)Talba għal kumpens f’każ ta’ sensja nġusta
1AL 383 tal-2015
(iv)Talba għal kumpens f’każ ta’ għotja ta’ sensja; jew
(v)Benefiċċji pagabbli f’każ ta’ mewt jew ħsara fuq persuna; jew
(vi)Talba għal kumpens f’każ ta’ kundanna nġusta.
Perjodu ta’ żmien
Il-protezzjoni għal bilanċi temporanjament għoljin tibda tiddekorri mid-data tal-kumpens jiġifieri mid-data meta l-MFSA tiddetermina li bank ma ssodisfax l-obbligi tiegħu lejn id-depożitanti. Fir-rigward ta’ Nemea Bank plc, id-data tal-kumpens kif stabbilita mill-MFSA hija t-30 ta’ Marzu 2017. Għalhekk, bilanċi temporanjament għoljin fil-kontijiet ma’ Nemea Bank plc idumu għal perjodu ta’ sitt xhur (bejn it-30 ta’ Settembru 2016 u -30 ta’ Marzu 2017) mill-iktar tard:
i.mill-ewwel data li l-bilanċ temporanjament għoli jiġi kkreditat fil-kont itiegħek, jew ġo kont ieħor f’ismek; u/jew
ii.L-ewwel data li l-bilanċ temporanjament għoli jkun jista’ jiġi trasferit lilek legalment.
Għalhekk, kwalunkwe depożitu – anke jekk jissodisfa l-kriterji msemmija iktar ‘il fuq – li jista’ jkun ikunu ġew iddepożitati qabel it-30 ta’ Settembru 2016, ma jkunux eliġibbli għal kumpens addizzjonali mill-Iskema.
- X’informazzjoni hija rikjesta mill-Iskema
Inti mitlub tipprovdi applikazzjoni bil-miktub kif ukoll evidenza biex tappoġġja t-talba tiegħek li d-depożiti eliġibbli kollha jew parti minnhom li huma fl-eċċess ta’ €100,000 jikkwalifikaw bħala bilanċ temporanjament għoli.
Formola tat-talba ġiet preparata għal dan il-għan.
Depożitant jista’ jagżmel iktar minn talba WAĦDAjekk hemm diversi avvenimenti li jagħtu lok għal bilanċ temporanjament għoli.
Jekk jogħġbok ressaq it-talba tiegħek, inkluż id-dokumenti kollha rilevanti, mhux aktar tard minn xahar wara d-data tal-ħruġ ta’ din in-notifika mill-Iskema.
- Kif u meta se jingħata l-kumpens
L-Iskema hija mitluba teżamina u tivvaluta kull applikazzjoni skont il-liġi. Tista’ titlob aktar kjarifikazzjoni mingħand l-applikant u tista’ wkoll tagħmel il-verifikazzjonijiet indipendenti tagħha, jekk ikun meħtieġ.
Meta l-Iskema tkun eżaminat it-talba fid-dettall u ddeterminat li hija eliġibbli, hija tipproċedi billi tħallas il-kumpens fi żmien tliet xhur mid-data li l-kumpens ikun ġie dovut.
Fir-rigward ta’ Bilanċ Temporanjament Għoli, L-Iskema tista’ tipposponi l-pagament għal wara dawn it-tliet xhur jekk id-depożitant jissottometti l-applikazzjoni u evidenza xaharejn wara d-data ta’ dan l-avviż mill-Iskema.
l-Iskema tista’ wkoll tipposponi pagament jekk il-kont ma jkunx attiv. Ir-regolamenti jispeċifikaw li kont huwa meqjus mhux attiv f’każijiet li jinkludu:
- Depożiti miżmuma f’isem klijent deċedut; jew
- Depożiti mirhuna; jew
- Depożiti miżmuma f’isem minuri; jew
- Depożiti suġġetti għal użufrutt jew drittijiet simili; jew
- Depożiti suġġetti għal kawża l-qorti, jew għal miżuri restrittivi imposti mill-gvernijiet nazzjonali jew entitajiet internazzjonali; jew
- Depożiti ta’ depożitant li ġie akkużat b’reat relatat ma’ ħasil ta’ flus; jew
- Depożiti ta’ kont inattiv.
Jekk l-Iskema tiddeċiedi li talba għal kumpens addizzjonali ma turix konnessjoni suffiċjenti bejn sitwazzjoni li twassal għal Bilanċ Temporanjament Għoli u d-depożitu eliġibbli fl-eċċess ta’ €100,000, l-Iskema tikkomunika mal-applikant għal informazzjoni addizzjonali li hija tikkunsidra neċessarja sabiex tiddetermina it-talba.
Jekk l-Iskema tiddeċiedi li d-depożitu mhuwiex Bilanċ Temporanjament Għoli, l-applikant jiġi nfurmat bir-raġunijiet li wasslu għal din id-determinazzjoni u l-Iskema tipprovdilu sommarju bi drittijiet rigward talba għal rikonsiderazzjoni jew appell.
Għal aktar tagħrif dwar il-Bilanċ Temporanjament Għoli, jekk jogħġbok żur il-’Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs)’ fuq www.compensationschemes.org.mt jew ikkuntattja lill-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant fuq: Tel +35621441155 jew dcs_ics@mfsa.mt