Informazzjoni Ġenerali

Il-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Iskemi ta’ Kumpens (“il-Kumitat ta’ Tmexxija” jew “aħna”) għamel kull sforz sabiex jiżgura li l-informazzjoni fuq dan is-sit huwa affidabbli u preċiż fil-mument tal-publikazzjoni. Madankollu, la l-Kumitat ta’ Tmexxija, la l-impjegati tiegħu u/jew lanqas ir-rappreżentanti ma jagħmlu rappreżentazzjonijiet espliċiti jew impliċiti jew garanziji dwar il-materjal u faċilitajiet li jinsabu fuq dan is-sit jew li għalihom hemm referenza, u lanqas jistgħu jinżammu responsabbli ta’ xi telf jew ħsara li jistgħu jirriżultaw mill-użu tal-materjal jew faċilitajiet; minn żbalji jew omissjonijiet fil-materjal jew faċilitajiet; jew fir-rigward ta’ preċiżjoni ta’ kull informazzjoni miksuba mill-użu ta’ dan is-sit. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ma jistax jinżamm responsabbli għal telf jew ħsara li jirriżultaw minn negliġenza jew minn kwalunkwe mod ieħor b’riżultat ta’ użu ta’ jew dipendenza fuq l-informazzjoni ta’ dan is-sit.

L-informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit hija biss għal għanijiet informattivi u edukattivi. L-ebda nformazzjoni fuq dan is-sit ma hija ntenzjonata li sservi bħala, jew li għandha tiġi nterpretata bħala invit, offerta jew inċentiv sabiex inti jew kull persuna oħra tinvolvu ruħkhom f’attività finanzjarja ta’ kull tip, jew biex tidħlu fi kwalunkwe arranġamenti finanzjarji.

Dejjem fittex pariri professjonali u/jew istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati.

Kontinwità ta’ servizz

Il-Kumitat ta’ Tmexxija ma jagħti l-ebda garanzija jew rappreżentazzjoni, espliċita jew impliċita, fir-rigward tal-kontinwità ta’ servizz u jirriżerva d-dritt li jissospendi, jittermina jew ibiddel l-aċċess għal uħud jew kull servizz f’kull ħin u mingħajr avviż.

Backlinks

Hotlinking jew linking direttament mal-kontenut tagħna u/jew immaġini mhux rakkomandat imma inti mistieden toħloq iperlink ma’ dan is-sit minn sit ieħor. Madankollu, dan il-link m’għandux jitpoġġa fuq is-sit tiegħek f’kuntest li jimplika li s-sit huwa b’xi mod assoċjat mas-sit tiegħek, jew li japprova s-sit tiegħek jew il-prodott.

Drittijiet tal-Awtur

Riproduzzjoni ta’ informazzjoni miksuba minn dan is-sit hija permessa sakemm ir-riproduzzjoni hija sħiħa, preċiża, mhux malizzjuża, u hija akkumpanjata minn referenza tajba għas-sors u rikonoxximent lill-Kumitat ta’ Tmexxija. Minkejja dan il-kunsens, il-Kumitat ta’ Tmexxija ma jassumi l-ebda responsabbiltà jew obligazzjoni fir-rigward ta’ kull riproduzzjoni tal-kontenut ta’ informazzjoni miksuba minn dan is-sit. Riproduzzjoni jew użu għal skopijiet kummerċjali jew ta’ kummerċjalizzazzjoni hija projbita.

Privatezza

Il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa mpenjat li jipproteġi l-privatezza tal-viżitaturi u ma jiġbor l-ebda informazzjoni personali tiegħek bħala viżitatur sakemm inti ma tgħaddijix b’mod volontarju. Kull informazzjoni personali li inti tagħti lill-Kumitat ta’ Tmexxija tinżamm fi ħdan il-Kumitat ta’ Tmexxija skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-2001.

Iktar ‘l isfel jinsab sommarju ta’ l-informazzjoni li tinġabar, u kif tintuża.

Regolament Ġenerali Dwar il-Protezzjoni tad-Data

Kull data personali mogħtija lill-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant hija pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 fuq il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u fuq il-moviment liberu ta’ din id-data, li tħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali Dwar il-Protezzjoni tad-Data – “ir-Regolament”), Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta – “l-Att”) u kull liġi oħra tal-Unjoni Ewropea (“UE”) u nazzjonali fir-rigward ta’ dan. l-Iskema hija mpenjata tirrispetta u tipproteġi l-privatezza tal-individwi meta dawn iżuru s-sit u jagħmlu użu mill-faċilitajiet online. l-Iskema tiggarantixxi li s-salvagwardji neċessarji huma stabbiliti biex tipprevjeni kull aċċess mhux awtoriżżat. Barra minn hekk, id-dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur ma jiġux mgħoddija lil terzi jew lill-Dipartiment tal-Gvern sakemm ma tikkonsentix inti jew sakemm ma titlobx il-liġi.  Għal kull mistoqsija dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fuq dpo@compensationschemes.org.mt

Informazzjoni Miġbura

Bħala viżitatur, aħna niġbru, skont il-każ, din l-informazzjoni dwarek:

  • Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback;
  • Feedback dwar is-sit web;
  • Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback;
  • Informazzjoni dwar tranżazzjoni finanzjarja:
  • Informazzjoni dwar l-użu tas-sit;

Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u nżommu din l-informazzjoni mhux personali:

  • Is-sit web mitlub jew download;
  • Jekk it-talba kienitx ta’ suċċess jew le;
  • Informazzjoni marbuta mat-tranżazzjoni finanzjarja tiegħek iżda mhux in-numri tal-karti ta’ kreditu;
  • L-indirizz tal-Internet tas-sit web jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter minn fejn inti tkun aċċessajt is-sit;
  • Is-sistema operattiva tal-magna tat-tfittxija tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-magna tat-tfittxija.

Jekk jogħġbok kun af li din l-informazzjoni mhijiex kondiviża, mikrija, jew mibjugħa lil xi organizzazzjoni oħra.

Inti tista’ tistaqsi meta trid dwar x’informazzjoni tkun qiegħda tinżamm dwarek f’dak il-mument partikolari, jekk ikun il-każ. Inti għandek id-dritt li titlob korrezzjoni ta’ ineżattezza u tħassir skont il-każ, sakemm ma tkunx diġa tħassret.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija jiżgura lill-viżitaturi li:

  • Data personali hija proċessata b’mod ġust u skont il-liġi;
  • Data personali hija dejjem ipproċessata skont il-prattika tajba;
  • Data personali tinġabar biss għal għanijiet speċifiċi, kif iddikjarati espliċitament u b’mod liġittimu;
  • Data personali mhix ipproċessata għal xi għan li huwa inkompatibbli mal-għan li għalih tkun inġabret l-informazzjoni;
  • Data personali pproċessata hija adegwata u rilevanti fir-rigward tal-għanijiet tal-ipproċessat;
  • Ma tinġabarx aktar data personali minn dak neċessarju għall-għanijiet tal-ipproċessat;
  • Data personali pproċessata hija korretta u, jekk neċessarju, aġġornata;
  • Kull miżura raġonevoli tittieħed biex tikkompleta, tikkoreġi, tibblokka jew tħassar data fil-każ li din id-data ma tkunx kompluta jew mhux korretta, fil-għan tal-ipproċessar.

Informazzjoni Personali

Meta inti żżur is-sit, ma tittieħed l-ebda informazzjoni li tidentifikak personalment, sakemm inti ma tagħżilx li tidentifika lilek innifsek tramite s-sistema ta’ reġistrazzjoni. Meta trid, inti tista’ tistaqsi dwar x’informazzjoni tkun qiegħda tinżamm dwarek jekk ikun il-każ, f’dak il-mument partikolari. Għandek dritt titlob korrezzjoni ta’ ineżattezza u tħassir skont il-każ, sakemm ma tkunx diġa tħassret.

Informazzjoni dwarek QATT ma ser tiġi rilaxxata, mogħtija jew mikrija lil terzi jew organizzazzjoni oħra, mingħar il-permess espliċitu tiegħek. Jekk tagħżel li ma tibqax tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi u l-prodotti tagħna, aħna nonoraw l-għażla tiegħek u nieqfu nibgħatu tali informazzjoni.  Tista’ tibdel l-għażla tiegħek fi kwalunkwe ħin.

Ipproċessar ta’ Data Personali għal skopijiet ta’ Reklutaġġ

l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant u l-Iskema ta’ Kumpens għall-Investituri, aktar ‘l isfel imsejjħa “l-Iskemi” jiġbru data personali minn kandidati għal skopijiet ta’ reklutaġġ. l-Iskemi jkollhom bżonn jipproċessaw data personali sabiex jiddeċiedu għandhomx jidħlu f’kuntratt ta’ impjieg ma’ kandidat partikolari u jista’ jkun jipproċessaw ukoll ċertu data sabiex jiżguraw li tkun konformi mal-obligazzjonijiet legali tal-Iskema. L-Iskemi għandhom interess leġittimu fl-ipproċessar tad-data personali waqt il-proċess tar-reklutaġġ u fiż-żamma ta’ rekords tal-proċess sabiex jitmexxi l-proċess ta’ reklutaġġ, tiġi vvalutata u kkonfermata l-idoneità ta’ kandidat għall-impjieg, u jiġi deċiż lil min se jiġi offrut ir-rwol. Jista’ jkun ukoll li l-Iskemi jkollhom bżonn jipproċessaw id-data ta’ kandidati sabiex jirrispondu għal u jiddefendu ruħhom f’kawżi legali.

Waqt il-valutazzjoni tal-idoneità ta’ kandidat għar-rwol, l-Iskemi jistgħu jikkuntattjaw terzi għal informazzjoni, madankollu, dan isir biss meta jkun ingħata l-kunsens mingħand il-kandidat qabel il-kuntatt. F’kull każ ieħor, l-Iskemi ma jaqsmux data ta’ kandidat ma’ terzi, sakemm il-kandidat ma jkunx intagħżel u tkun saritlu offerta ta’ impjieg. F’dawk il-każijiet fejn l-Iskemi jipproċessaw data personali li ma tkunx ingħatat mill-kandidat inkwistjoni, il-kandidat ikun infurmat bil-kategoriji ta’ data personali li jkunu nġabru u s-sors minn fejn toriġina d-data personali sakemm ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(5) u Artikolu 23 tal-GDPR.

Proċessar ta’ Data Personali għal Offerti u Provvisti ta’ Merkanzija jew Servizzi

l-Iskemi jistgħu jipproċessaw data personali mogħtija minn offerenti sabiex imexxu proċeduri tal-għoti tal-offerti u jiddeċiedu jekk jidħlux f’kuntratt ma’ offerent partikolari. Data personali miġbura għal dan il-għan tista’ tkun relatata mal-offerent, l-impjegati tiegħu jew is-sottokuntratturi. Wara li tiġi finaliżżata l-proċedura tal-offerti inkwistjoni u d-dħul f’kuntratt mal-fornitur(i) magħżul(a), l-Iskemi jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

Links

Is-sit tagħna għandu numru ta’ links għal organizzazzjonijiet u aġenziji oħra lokali u internazzjonali. F’ċertu każijiet, nagħmlu link għal organizzazzjonijiet privati bil-permess tagħhom. Importanti tinnota li meta tagħmel link ma’ sit ieħor, inti ma tibqax fuq is-sit tagħna u tiġi soġġett għall-privatezza tas-sit il-ġdid.

Trekkjar tal-Viżitatur &/jew Cookies

Dan is-sit juża cookies li huma fajls tat-test impoġġija fil-kompjuter tiegħek, biex jgħinu lis-sit web fl-analiżi ta’ kif l-utenti jużaw is-sit.

Dan is-sit jagħmel ukoll użu minn għodod ta’ terzi bħal Google Analytics li huwa servizz ta’ analitika tal-web ipprovdud minn Google, Inc. (“Google”). Google Analytics jagħmel użu wkoll minn cookies, u l-informazzjoni ġenerata mill-cookie/s dwar l-użu tiegħek tas-sit web tiġi trażmessa lil u maħżuna minn Google fuq servers fl-Istati Uniti.

Google tuża din l-informazzjoni bil-għan li tevalwa l-użu tiegħek tas-sit, tiġbor rapporti dwar attività tas-sit web għall-operaturi tas-sit web u tipprovdi servizzi oħra relatati ma’ attività tas-sit web u użu tal-internet. Google tista’ wkoll titrasferixxi din l-informazzjoni lil terzi fejn hu rikjest mil-liġi, jew fejn dawn it-terzi jipproċessaw l-informazzjoni f’isem Google.

Google mhux se tassoċja l-indirizz IP ma’ data oħra miżmuma minn Google. Tista’ tirrifjuta li tagħmel użu minn cookies billi tagħżel is-settings adatti fuq il-brawżer tiegħek, iżda jekk jogħġbok kun af li jekk tagħmel dan jista’ jkun li ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel użu mill-funzjonalità kollha tas-sit web. Billi tuża dan is-sit web, inti tikkonsenti għall-ipproċessar ta’ data dwarek minn Google fil-manjiera u għall-għanijiet kif stipulat hawn fuq.

Tibdil tal-Privatezza

Jekk isir xi tibdil tal-Privatezza, din il-paġna tinbidel għal waħda iktar aġġornata. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna tal-”Privatezza” kull darba li taċċessa s-sit web tagħna sabiex tkun infurmat bil-kambjamenti li jistgħu isiru minn żmien għal żmien.

Reviżjonijiet

Il-Kumitat ta’ Tmexxija jirriżerva d-dritt li jħassar jew jibdel parti jew kull informazzjoni fuq dan is-sit mingħajr avviż.