Ċirkolari għal ditti ta’ investiment b’liċenzja ta’ Kategorija 1a, 1b, 2 jew 3 

(19 ta’ Settembru 2014)

Talba għal data b’konnessjoni ma’ reviżjoni tar-Regolamenti tal-Iskema ta’ Kumpens għall-Investituri.

Ikklikkja hawn biex tniżżel iċ-Cirkolari.

Mekkaniżmi Rapidu ta’ Rimbors & Riforma tar-Rekwiżiti ta’ Rapportar

(30 ta’ Marzu 2012)

Il-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant (l-Iskema) qed jippjana biex jintroduċi riforma fuq ir-rekwiżiti tar-rappurtar ta’ kull bank parteċipi fl-Iskema.  L-għan tar-riforma huwa doppju:

  1. Biex joħloq qafas għal żborż rapidu tal-kumpens lid-depożitanti eliġibbli f’każ ta’ falliment ta’ bank; u
  2. Biex jassisti lill-Iskema fl-evalwazzjoni tar-rekwiżiti tal-finanzjament biex ikopri kull ħlas lura ta’ kumpens.

L-implimentazzjoni tar-riforma teħtieġ il-kollaborazzjoni tal-banek kollha biex tistabbilixxi / taġġorna s-sistemi elettroniċi interni skont regolament 14(5) tal-Avviż Legali 369 tal-2003 (Regolamenti tal-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant).

Sabiex jiġi preparat il-bażi għar-riforma proġettata, il-Kumitat ta’ Tmexxija pprepara dokument ta’ diskussjoni għall-partijiet kolllha bl-intenzjoni li jeżiġi il-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom sal-15 ta’ Mejju 2012.

Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu ndirizzati lill-President – Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant u mibgħuta bil-posta elettronika dcs_ics@mfsa.mt jew bil-posta (c/o Malta Financial Services Authority, Notabile Road Attard BKR3000).

Ir-risposti se jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant (www.compensationschemes.org.mt) sakemm ir-rispondent ma jitlobx speċifikament li jinżammu kunfidenzjali.

L-informazzjoni li tinsab fid-dokument hija maħsuba għal konsultazzjoni biss u m’għandiex titqies li tirrapreżenta jew tippreġudika l-pużizzjoni finali tal-Kumitat ta’ Tmexxija fir-rigward tas-suġġetti koperti fid-dokument. Ikklikkja hawn għad-DoDokumenti ta’ diskussjoni (format docx).

Risposti riċevuti mill-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant

L-Iskema rċeviet risposta waħda bi tweġiba għall-Konsultazzjoni.

Ikklikkja hawn għar-risposta tal-Assoċjazzjoni Bankarja ta’ Malta.