Abbozzi tar-regolamenti li jittrasponu d-Direttiva 2014/49/UE dwar skema ta’ garanzija tad-depożiti, u regoli anċillari oħra

19 ta’ Awissu 2015

 

L-MFSA ippubblikat abbozz ta’ set ta’ regolamenti biex timplimenta Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ garanzija tad-depożiti (“riformulazzjoni DSGD”). Dawn ir-regolamenti, meta jiġu approvati, ser jissostitwixxu s-set ta’ regolamenti kurrenti (Avviż Legali 369 tal-2003, ir-Regolamenti tal-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant). Id-dokument li jinkludi l-abbozz ta’ regolamenti jinkludi abbozz ta’ regoli dwar kontribuzzjoni ta’ kumpens u metodi ta’ kontribuzzjoni ta’ nfiq maniġerjali.

 

Partijiet interessati huma mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom lil communications@mfsa.com.mt, ikkupjati lil info@compensationschemes.org.mt, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015.

Ikklikkja għad-dokument ta’ diskussjoni (pdf).