L-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur implementat emendi fir-Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investituri (L.S. 370.09) sabiex tirrevedi il-metodoloġija ta’ kontribuzzjoni preżenti.

Il-ħtieġa għal bidla fil-metodoloġija ta’ kontribuzzjoni temana min-neċessita’ illi jissaħħu l-mezzi finanzjarji tal-Iskema li, wara analiżi estensiva, ġew meqjusa bħala inadegwati, partikolarment fir-rigward tal-kopertura illi Skema għandha tagħti lill-investituri illi huma eliġibbli a terminu tal-liġi fil-kuntest ta’ proċess ta’ kumpens.

Għaldaqstant l-Iskema qiegħda timplementa dawn il-bidliet sabiex:

a. Ir-Regolamenti jiġu iktar allinjati mad-Direttiva dwar Skemi ta’ Kumpens għall-Investitur (Direttiva 97/9/KE);

b.Tirrevedi l-metodoloġija ta’ kontribuzzjoni kurrenti b’mod illi jinkiseb bilanċ raġjonevoli bejn il-ħtiġijiet regolatorji tal-Iskema u l-kapaċita’ tad-ditti ta’ investiment parteċipanti li jiffinanzjaw l-Iskema b’impatt minimu fuq ir-riżorsi finanzjarji tagħhom; u

c.Temenda iktar ir-Regolamenti skont l-iżviluppi deskritti fid-Dokument ta’ Konsultazzjoni.

F’dan ir-rigward, il-parteċipanti kollha huma mistiedna sabiex jirreferu għal-Avviż Legali 224 ta’ 2026 illi ġie ppublikat fl-Avviż tal-Gazzetta tal-Gvern Numru 21,703 fit-18 t’Awwissu 2026, illi jista’ jiġi aċċessat mis-segwenti link: https://legislation.mt/eli/ln/2026/224/mlt.

Il-verżjoni konsolidata tar-Regolamenti emendati ser jiġu ppublikati fiż-żmien dovut.

Il-parteċipanti tal-Iskema huma wkoll mistiedna sabiex jirreferu għal-Linjwi Gwida segwenti illi jipprovdu ħarsa ġenerali teknika tal-metodoloġija ta’ kontribuzzjoni il-ġdida.

User Guidelines – MT