Regolament dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant (Emenda) ippubblikat

Fil-21 ta’ Ottubru 2022, LS 371.09 ġie emendat biex jirrifletti b’mod aħjar il-bżonnijiet tad-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant 2014/499/KE (“DSGD”) billi emenda l-livell ta’ mira fir-rigward tal-finanzjament tal-Iskema.

Ikklikkja hawn għal L.S. 371.09 kif emendata b’A.L. 262 tal-2022.

 

Regolament dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant (Emenda) ippubblikat

Fl-24 ta’ Ġunju 2022, L.S.371.09 ġie emendat biex jirrifletti b’mod aħjar ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant 2014/499/KE (“DSGD”) billi jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti u mhux diskriminatorji bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu kif stabbiliti mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

Emendi oħra jirrigwardaw il-massimu ta’ mezzi finanzjarji disponibbli miġbura.

Ikklikkja hawn għal L.S. 371.09 kif emendata b’A.L. 193 tal-2022.

 

Regolament dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant (Emenda) ippubblikat

Fit-8 ta’ Marzu 2019, A.L. 383 tal-2015 ġie emendat biex jirrifletti b’mod aħjar ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant 2014/499/KE (“DSGD”) billi jgħid x’hinu eskluż minn kumpens mill-Iskema bħal per eżempju flus elettroniċi.

Emendi oħra jirrigwardaw il-ġabra ta’ kontribuzzjonijiet f’forma ta’ impenn ta’ pagamenti u l-kapaċita tal-Iskema li titrasferixxi dan l-impenn ta’ pagamenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu membru li ġie fuż ma’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra.

Ikklikkja hawn għal A.L. 383 tal-2015 kif emendata b’A.L. 132 tal-2017 u 43 tal-2019.

 

Regolamenti dwar l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/49/UE ippubblikat

Fl-4 ta’ Dicembru 2015, Avviż Legali 383 tal-2015 ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Dan l-Avviż Legali, li jissostitwixxi Avviż Legali 369 tal-2003 jittrasponi d-Direttiva 2014/49/UE dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni)

Ikklikkja hawn għal A.L. 383 tal-2015.

 

Direttiva 2014/49/UE dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni)

Fit-12 ta’ Ġunju 2014, id-Direttiva 2014/49/UE dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.  Stati Membri huma mitluba jittrasponu din id-direttiva fil-liġijiet rispettivi tagħhom sa l-4 ta’ Lulju tal-2015.

 

Elementi importanti ta’ din id-direttiva l-ġdida:  

  1. Depożiti fil-muniti kollha huma koperti sa’ €100,000 għal kull persuna għal kull bank.
  2. Xi depożiti (imsejjħa depożiti b’bilanċ temporanjament għoli) – li joriġinaw minn tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli (eż. Bejgħ ta’ dar) kif ukoll minn xi avvenimenti tal-ħajja speċifiċi (bħal żwieġ, divorzju, irtirar, eċċ.) – igawdu minn kopertura ogħla, i.e. lil hinn mill-livell ta’ kopertura standard ta’ €100,000. Iżda, din il-kopertura tkun limitata biż-żmien (sa massimu ta’ 12-il xahar).
  3. Id-depożiti kollha miżmuma minn individwi u intrapriżi ta’ kull daqs, huma koperti. Effettivament, ftit ħafna nies jew entitajiet huma esklużi mill-kumpens.
  4. F’każ ta’ falliment ta’ bank, id-depożitanti jirċievu kumpens f’inqas żmien, meta kkumparat mal-limitu ta’ żmien kurrenti ta’ 20 ġurnata ta’ xogħol għall-ħlas.  Din ir-riduzzjoni se ssir fi tliet fażijiet:
    • Pagament fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mill-1 ta’ Jannar 2019;
    • Pagament fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mill-1 ta’ Jannar 2021, u eventwalment
    • Pagament fi żmien 7 ijiem ta’ xogħol mill-1 ta’ Jannar 20124

 

Elementi oħra:

  1. L-imgħax jiġi kkunsidrat meta jitħallsu lura d-depożiti.
  2. Is-self m’għadux jista’ jitnaqqas mill-ammont li jrid jitħallas lura.
  3. L-informazzjoni se titjieb biex tiżgura li l-depożitanti jkunu mgħarrfa dwar l-aspetti ewlenin ta’ protezzjoni tad-depożiti tagħhom mill-Iskema.  Per eżempju, waqt li jiddepożitaw il-flus il-bank, id-depożitanti jikkontrofirmaw fuljett ta’ informazzjoni standardizzata bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kopertura tad-depożitu mill-iskema konċernata. L-iskeda standardizzata aġġornata tintbagħat mill-banek lill-klijenti tagħhom mill-inqas darba fis-sena. Fuq ir-rendikont, il-banek huma obbligati jinfurmaw lid-depożitanti dwar il-protezzjoni tad-depożiti tagħhom mill-iskema.
  4. Ser ikun hemm ukoll xi restrizzjonijiet fuq ir-reklamar fuq prodotti ta’ depożitu, billi tiġi llimitata għal informazzjoni fattwali, mingħajr ma ssir referenza għal protezzjoni llimitata, eċċ.